Il-finali ta’ Liquorish għal għada t-Tnejn

Għada t-Tnejn fit-8.30pm fuq l-istazzjon One jibda l-finali tal-15-il edizzjoni tal-akbar reality show li qatt ittella’ f’Malta! Liquorish flimkien ma’ Andrea Cassar u Joseph Cauchi din is-sena ħa 10 parteċipanti fit-Tanżanija u proprju għada se nkunu qed niltaqgħu mill-ġdid mal-10 parteċipanti, inkluż dawk li ġew eliminati.
L-edizzjoni ta’ għada t-Tnejn se tkun waħda mimlija sorpriżi u apparti li se nkunu nafu min rebaħ din l-edizzjoni, se niskopru wkoll min huma l-ewwel żewġ parteċipanti għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla ta’ Liquorish.
Bla dubju li għada, il-finali ta’ Liquorish se tkun waħda li se tibqa’ tissemma’.