L-aktar 10 films favoriti tal-Maltin fiċ-ċinema fl-2019

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – Malta, il-film favorit tal-pubbliku biex jara fiċ-ċinema lokali s-sena l-oħra kien The Lion King ta’ Disney. Ir-remake live-action tal-verżjoni animata tal-1994 ġibed 10.4% ta’ dawk li attendew iċ-ċinema matul l-2019.

Fit-tieni post, Aladdin, ukoll ta’ Disney, li attira 7.2% tat-total tal-ammissjonijiet waqt li Joker ta’ Warner Bros, bl-attur Joaquin Phoenix fil-parti ewlenija, attura 5.5% tal-pubbliku li attenda ċ-ċinema.

Nathaniel Ellul. Ritratt: Facebook

Fl-2019, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema li kienu joperaw f’Malta u Għawdex, b’total ta’ 28 skrins u 5,762 seat.

Minn dawn is-sitt ċinemas, tnejn kienu jinsabu f’Għawdex. B’kollox, 409 film intwerew fl-2019, filwaqt li t-total tal-iscreenings ammontaw għal 29,184, b’medja ta’ 71 screening għal kull film.

Dawn huma l-aqwa 10 films li marru jaraw il-Maltin fiċ-ċinema s-sena l-oħra:

Films Maltin fiċ-ċinema

Is-sena li għaddiet, iċ-ċinemas irreġistraw total attendenza ta’ 748,568 persuna.

Il-produzzjonijiet Maltin kellhom attendenza ta’ 13,942 persuna li rreġistraw dħul  ta’ €99,000 f’650 screening.

Il-produzzjonijiet barranin kellhom attendenza ta’ 734,626 persuna bi dħul ta’ gross totali ta’ €4.952 miljun fi 28,534 screening.

Mill-istess statistika jirriżulta li 91.2% tal-Maltin jaraw films li joriġinaw mill-Istati Uniti.

Dwar il-produzzjonijiet lokali jirriżulta li matul is-sena li g]addiet dawn kellhom udjenza ta’ 1.9% tal-Maltin.