Filmat: Scrooge bil-Malti fil-Milied

Il-film Malti Scrooge li kien inħadem fl-2008 se jkun qed jixxandar fuq TVM nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru fl-10.30pm, eżatt wara l-programm Serataron. Il-film se jkun qed ikollu repetizzjoni fuq TVM2 l-għada s-Sibt 26 ta’ Diċembru fit-7.45am.

Il-film kien fisser l-ewwel darba li ktieb klassiku ġie maqlub għat-televiżjoni Maltija. Il-film, b’direzzjoni ta’ Tony Parnis, għandu kitba u produzzjoni ta’ Alan Fenech li f’dan il-film jinterpreta wkoll lil Bob Cratchit.

Scrooge
Triccas

Il-mużika oriġinali ta’ Dominic Cini, il-kostumi ta’ Louiè Noir,  il-muntaġġ ta’ Justin Camilleri u l-irtokk magħmul minn tim immexxi minn Anton Farrugia huma wħud mill-ingredjenti l-oħra li jagħmlu minn dan il-film produzzjoni ta’ kalibru għoli ferm.

Scrooge
Moira Muscat

Il-kast immexxi minn Triccas, fil-parti ta’ Scrooge jinkludi atturi oħra tal-kalibru ta’ Manuel Cauchi (Jacob Marley), Michael Tabone (L-Ispirtu tal-Passat), Eric Grech (L-Ispirtu tal-Preżent), Manwel Cutajar (L-Ispirtu tal-Futur), Moira Muscat (Isabelle), Renato Dimech (Fred), Frederick Testa (Joe), Maryrose Mallia (Mrs. Fezziwig), Elaine Catania (Mrs. Crat-chit), Joe Borg (Fezziwig), Ivan Debattista (Topper), Andy Catania (Charles) u Michelle Zerafa (Caroline).

Alfred Mallia, li ħalliena f’Mejju ta’ din is-sena, kien ħa ħsieb in-narrazjoni li tkompli żżid mal-atmosfera maġika ta’ dan il-film.

Scrooge
Alan Fenech

Il-film hu ambjentat f’Malta fl-1843 mhux Londra kif inhu fil-ktieb ta’ Dickens u dan kien punt li l-produtturi nsistew ħafna fuqu anki għaliex jemmnu li dan il-fatt xejn ma jnaqqas mill-atmosfera li tadatta ruħha sew ma’ dik minsuġa minn Dickens fl-era Vittorjana.