Il-film Favur il-Ħajja ‘Unplanned’ se jintwera fl-Awstralja u New Zealand

Il-poster tal-film "Unplanned"

Il-film kontroversjali Favur il-Ħajja “Unplanned” bħalissa qed jintwera madwar id-dinja. Il-film issa se jibda jintwera wkoll  f’aktar minn 100 teatru mferrxa mal-Awstralja u New Zealand mill-11 ta’ Settembru ‘l quddiem.

“Unplanned” hu l-istorja vera ta’ Abby Johnson li kienet direttur ta’ klinika għal paternita ppjanata.

“Il-film hu storja sabiħa dwar il-mument tal-verità ta’ mara li minn waħda li tippromwovi l-abort saret waħda li tiġġeieled favur il-ħajja. L-aħħar ħaġa li tistenna l-industrja tal-abort hi li tisma’ l-verità. Dan il-film hu kontribut imprezzabbli għal dibattitu li spiss hu mimli gideb. Kull Awstraljan għandu jara dan il-film”.  Dawn id-dikjarazzjonijiet għamilhom Bernie Finn, membru tal-Parlament Awstraljan.

“Aħna nħossuna skantati fil-ferneżija li qed tqajjem kullimkien l-istorja ta’ Abby”, qalu Cary Solomon u Chuck Konzelman, ko-direttur tal-film “Unplanned”. “Dan ifisser li d-dinja hi għatxana għall-verità – biex tara dak li rat Abby – u biex tuża din l-istorja vera biex turi r-realtà tal-abort, lil kulħadd u kullimkien. B’hekk ħadd ma jkollu skuża li ma jafax xi jfisser l-abort”.

Film li ħadd m’għandu jitlef

Daryl Lever, producer tal-film qal li “Aħna grati ħafna lejn il-poplu Awstraljan li laqagħna b’idejh miftuħa u sab mod kif iġib din l-istorja qawwija tal-film għall-attenzjoni tal-pajjiż.  Hi ħaġa nkredibbli tara lin-nies madwar id-dinja jaċċettaw dan il-film f’dinja li qed tingħafas minn kultura favur il-mewt. L-istorja ta’ Abby hi l-antitodu għal din il-kultura”.

“Unplanned” hu rakkont drammatiku ta’ Abby Johnson, mara li kienet taħdem favur l-abort. Fi tmien snin telgħet minn voluntiera f’kulleġġ għal direttur ta’ klinika u Ħaddiem tas-Sena u tassisti għal aborti.  Il-film jirrakkonta l-vjaġġ ta’ din il-mara minn waħda li taħdem favur l-abort għal waħda li flimkien ma’ oħrajn titlob għal bidla spiritwali u taħdem b’ruħha u ġisimha kontra waħda mill-aktar organiżazzjonijiet b’saħħtihom fid-dinja – id-dinja tal-abort.