Il-film ‘Dar ir-Rummien’ se jinġibed fis-sajf

Manuel Xuereb u Federico Chini ta’ 2 Doors Media  rebħu l-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015, bil-film qasir Dar ir-Rummien .
Dar ir-Rummien hu addattament tal-istorja bl-istess isem tal-kittieb Pierre J. Meilak mill-ġabra ta’ novelli Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid.
Fi stqarrija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qal li l-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn Prof. Gloria Lauri Lucente, Prof. Mario Cassar u Reuben Zammit f’isem il-PBS.
Il-ġbid tal-film se jsir matul dan is-sajf u jintwera għall-ewwel darba nhar is-7 ta’ Novembru, bħala parti mill-Programm ta’ Avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015.