
Catriona Gray mill-Filippini rebħet il-kompetizzjoni tal-Miss Universe. Din hija r-raba’ darba li dan il-pajjiż Ażjatiku rebaħ din il-kompetizzjoni internazzjonali tas-sbuħija.
Gray, mudella ta’ 24 sena, rebħet it-titlu fil-kapitali tat-Tajlandja Bangkok fejn il-peagent inkluda għall-ewwel darba parteċipant transgender.
Gray qalet li qalbha kienet mimlija bil-gratitudni. Qalet ukoll li kien hemm mumenti li fihom ħasset pressjoni. Waqt il-kompetizzjoni, Gray kellha twieġeb dwar l-opinjoni tagħha dwar l-legalizzazzjoni tal-marijuana. Hi qalet li taqbel mal-użu mediku tad-droga.
Mal-ġurnalisti, Gray qalet li l-mistoqsija kienet dwar kwistjoni relevanti li kienet taħraq. Jidher li din kienet referenza għall-gwerra kontra d-droga fil-Filippini li fiha mietu eluf ta’ persuni u li ħolqot allarm internazzjonali.