Il-Filippini milquta minn Tifun

It-Tramuntana tal-Filippini kien milqut minn tifun qawwi u li miegħu ġab irwiefen kbar. Minħabba l-ammonti kbar ta’ xita li niżlet, inqatgħet il-provista tad-dawl.

Ma kien hemm ebda rapporti immedjati ta’ persuni midruba wara din il-maltempata ilbieraħ.

L-awtoritajiet għadhom qed jiġbru l-informazzjoni biex joħorġu l-assessjar tal-ħsarat li ġarrab il-pajjiż. Din il-maltempata kienet kbira u klassifikat fil-15-il post tal-maltempati li seħħew s’issa din is-sena fil-Filippini.