Il-Filippini akkużata li neħħiet il-foqra mit-toroq waqt iż-żjara tal-Papa

Il-Filippini qed jiġi akkużat li waqt iż-żjara tal-Papa Fraġisku, mit-toroq tneħħew in-nies bla saqaf sabiex tinħeba r-realtà tal-pajjiż.
Jidher li madwar 500 persuna bla dar, tneħħew mit-toroq ċentrali ta' Manila u ttieħdu f'post fil-periferija.
Membru tal-Parlament Filippin, Terry Ridon talab biex issir inkjesta għaliex fi kliemu din kienet "ħidma ta' tindif", ħidma li ddeskriviha tmur kontra r-rieda tal-Papa, għaliex wada mir-raġunijiet taż-żjara tiegħu fil-Filippini kienet li proprju jiltaqa' u jitkellem mal-foqra.
Il-Papa Franġisku wasal il-Filippini l-ġimgħa li għaddiet u telaq nhar it-Tnejn li għadda, 19 ta' Jannar, fejn qatta' ħamest ijiem u fost l-oħrajn iltaqa' ma' nies li ntlaqtu mit-Tifun Haiyan u anke żar ftit mill-postijiet li nqerdu mill-maltempata.