Il-figolli…mill-ħabsin f’Kordin għat-tfal

Bħala parti mit-tradizzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid, illum f’ħafna lokalitajiet madwar Malta u Għawdex sar it-tberik tal-figolli.
Fil-ġnien pubbliku ta’ San Anton f’Ħ’Attard,  dalgħodu saret il-quddiesa ta’ Ħadd il-Għid u preżenti kien hemm il-President Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Preca.
Lejn l-aħħar taċ-ċelebrazzjoni, il-President qassmet il-figolli lit-tfal preżenti u ġew imbierka minn Fr. Charles Tabone.
Il-figolli ġew ippreparati mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.