Il-FIFA tkeċċi lis-Segretarju Ġenerali tagħha

Il-FIFA keċċiet lis-Segretarju Ġenerali tagħha Jerome Valcke, li kien ilu sospiż għal diversi xhur.
Il-Franċiż kien ġie sospiż fuq suspett ta’ involviment fl-iskandlu ta’ qligħ personali b’rabta mal-biljetti tat-Tazza tad-Dinja.
Il-FIFA issa qed tisħaq li Valcke għandu jkun ibbojkottjat mill-futbol għal disa’ snin.
Valcke, li qed jiffaċċja wkoll akkużi ta’ tixħim, ċaħad l-akkużi fil-konfront tiegħu.