Il-Fifa streamer Malti Kurt0411 ipprojbit minn EA Games minħabba ‘abbuż’

Il-ġganti fix-xena tad-divertiment EA Games ipprojbixxa streamer magħruf milli jilgħab il-logħob tal-kumpanija minħabba kondotta abbużiva. Il-kumpanija qalet li Kurt Fenech, magħruf bħala Kurt0411 tella’ messaġġi “abbużivi u ta’ theddida” għall-impjegati tal-kumpanija.

EA Games qalet li waqfitlu l-account u neħħietlu l-aċċess għal-logħob.

Fenech ċaħad dawn ir-rimarki u qal li dan kollu hu “abbuż mill-poter”.

Il-gamer għandu aktar minn 100,000 subscriber fuq YouTube u ħafna drabi jatratta aktar minn 10,000 persuna għal-live streams waqt li jkun qed jilgħab Fifa 20.Is-sena l-oħra, f’Marzu EA kienet diġà bagħtet twissija finali lil Fenech wara li kiser il-kondotta tal-plejers professjonali. Aktar tard fis-sena, Fenech twaqqaf milli