Il-festival tal-films ta’ Cannes pospost minħabba l-coronavirus

Logo-tal-Festival
Cannes Film Festival

Il-festival tal-films ta’ Cannes kien skedat  li jsir mit-12 sat-23 ta’ Mejju  iżda l-organizzaturi ħabbru li dan ma jistax isir biex  jitnaqqas it-tixrid tal-coronavirus. L-avveniment, wieħed mill-aktar importanti għall-films jista’ jsir jew f’Ġunju jew f’Lulju … jekk isir.

L-organizzaturi qalu li kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa wieħed ma jistax jgħid kif se jiżvolġi l-futur. Għad li ssemmew Ġunju u Lulju anki dawn id-dati jistgħu jkunu posposti għal aktar tard.

Cannes

Spike Lee, li ntgħażlet biex imexxi l-ġurija tal-festival ta’ din is-sena, kien se jkun l-ewwel persuna ta’ kulur skur li għamel dan fit-73 sena tal-istorja tal-festival.

Spike Lee

Kien hemm diversi għajdut jiċċirkolaw mill-ġimgħa l-oħra li l-festival kiense jiġi kanċellat jew pospost meta Franza nponiet restrizzjonijiet fuq il-laqgħat tal-massa li tillimitahom għal 1,000 persuna biex tevita t-tixrid tal-koronavirus.

Nhar is-Sibt, Le Point, magażin Franċiż, ippubblika artiklu li fih membru anonimu tal-bord tal-festival kien ikkwotat li qal li l-festival tal-films ta’ din is-sena ma kienx se jsir. Iżda iktar tard dakinhar l-organizzaturi ċaħdu dan.