Il-festival ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ onorat

L-avveniment annwali ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ —il-Lejl tar-Riċerkaturi Ewropej – kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa bħala wieħed mill-festivals distinti fl-Ewropa.
‘Ix-Xjenza fil-Belt’ irċeva l-unur tal-EFFE label 2015–2016, flimkien ma’ 12-il festival ieħor f’Malta.
EFFE hi pjattaforma internazzjonali ġdida li tgħaqqad festivals li jħaddnu l-arti, il-komunità u l-valuri Ewropej.  
Udjenzi madwar id-dinja jistgħu jaċċessaw minn fuq l-internet informazzjoni aġġornata dwar xi festival u jieħdu sehem fi kwalunkwè minn dawn l-avvenimenti Ewropej.  
Wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal EFFE Label 2015-2016, mijiet ta’ festivals issottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom. Dawn kienu evalwati skont il-kriterji, fosthom, l-impenn artistiku,  l-involviment fil-komunità, u d-dehra internazzjonali u globali tal-festival.  Esperti Maltin, li kienu maħtura mill-EFFE, taw il-punti tagħhom fuq l-applikazzjonijiet u ppreżentaw ir-riżultati lil ġurija internazzjonali li wara nnominat ir-rebbieħa tal-EFFE Label 2015-2016.
Din is-sena, ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ se tittella’ fil-25 ta’ Settembru mis-6pm sa nofsillejl. L-attivitajiet tal-festival se jsiru bejn l-Entratura tal-Belt u Pjazza San Ġorġ u t-toroq, il-pjazez u binjijiet se jkunu mimlijin bi xjenza u arti.
Il-faxxinu tax-xjenza se jkun manifestat permezz ta’ esperimenti interattivi, dibattiti, u diversi forom ta’ arti. Waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin din is-sena se tkun is-simulazzjoni tal-inżul fuq il-Kometa ta’ Rosetta mission li niżlet bil-mod il-Philae probe tagħha.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.