Il-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta

Il-11-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta se jittella’ bejn it-8 u t-18 ta’ Lulju li ġej.
Fil-Festival, li tnieda mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici u l-Kunsill Malti għall-Arti, se jipparteċipaw artisti rinomati Maltin u barranin, se jippreżenta forom differenti tal-arti.
Id-Direttur Artistiku tal-festival Michelle Castalletti qalet li “Waħda mill-istqarrijiet l-iktar b’saħħithom ta’ dan il-festival hu l-istil kreattiv, kuraġġuż u bla limiti fis-sens tal-kunċert tal-arti fil-forom kollha ta’ arti li qed nirrappreżentaw.”
It-tim artistiku jinkludi wkoll lil Ruben Zahra, Francesca Tranter u Riccardo Carbutti. Huma ħadmu flimkien biex joħolqu programm varjat li japprezza lil ħafna nies interessati f’affarijiet differenti, fosthom il-mużika, iż-żfin, it-teatru, u l-poeżija.