Il-festi salvati; evitata maltempata kbira bi żbrixx

Jidher li l-Gżejjer Maltin ħelsu minn maltempata kbira tul il-lejl li għadda. Dan kien ikkonfermat mill-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ fejn aktar kmieni dalgħodu ħabbret li Malta rnexxielha tevita maltempata kbira bi żbrixx.

Skont il-paġna, il-maltempata kbira kienet mimlija ilma u kien fiha ħafna riħ. Għalkemm fl-aħħar jiem kien hawn reazzjonijiet vasti għall-possibilità li se jkollna l-maltemp għall-festa ta’ Santa Marija, żgur li l-organizzaturi ta’ din il-festa f’diversi rħula f’Malta ħadu r-ruħ hekk kif din il-maltempata baqgħet 17-il mil nawtiku ‘l barra mill-Ġżejjer Maltin.

Il-paġna żiedet tgħid li l-qofol tal-maltempata għadda u ma jidhirx li se tmissna. Jidher li d-dilettanti tal-festa baqgħu fuq ix-xwiek sas-2am hekk kif ħadu ħsieb jieħdu prekawzjonijiet biex jipproteġu l-armar u n-nar li tant ilhom jistinkaw biex jitgawda tul din il-ġimgħa.

Ritratt tal-faċċata: Stephen Vella

Ritratti fl-artiklu: ‘Aġġornament tat-temp’