Il-festa tal-Gżira bi spettaklu tan-nar mal-mużika għall-ewwel darba

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gżira mhux waħda magħrufa għal-logħob tan-nar iżda din is-sena grupp ta’ żgħażagħ ħadmu qatigħ biex lejlet il-festa se jixgħelu s-smewwiet bil-kulur tal-murtali.
L-ispettaklu, bit-titlu “Firestorm,” se jsir Lejlet il-festa nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju f’Xatt il-Gżira.
Dan se jkun jinkludi logħob tan-nar, maħdum mil-Għaqda Piroteknika 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żebbuġ u se jinkludi xogħlijiet sinkronizzati mal-mużika minn films magħrufa minn kulħadd.
Biex se jkunu jistgħu jtellgħu dan l-ispettaklu, iż-żgħażagħ ħadmu matul is-sena kollha waqt li organizzaw diversi inizjattivi u attivitajiet.