Aġġornata: Triq Aldo Moro se tibqa’ miftuħa għall-festa ta’ Santa Venera

Aġġornata 15:15
Il-pulizija ikkoreġiet ruħha fuq Facebook u qalet li bosta toroq, u mhux Triq Aldo Moro, se jkunu magħluqa għal xi ħin għada u l-Ħadd minħabba l-festa ta’ Santa Venera. 
It-toroq magħluqa bejn id-9pm u l-11pm, u l-Ħadd bejn is-6pm u d-9pm, huma:
Il-bypass tal-Imrieħel; il-bypass tal-Marsa/Ħamrun, f’Ħal Qormi;  it-triq li minn Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun twassal għal Triq Reġjonali; 
It-traffiku lejn in-naħa ta’ fuq minn Triq Reġjonali se jgħaddi lejn Triq il-Ferrovija, Birkirkara, jew Triq il-Kappilan Mifsud, il-Ħamrun. Karozzi li jkunu ħerġin mill-bypass ta’ Birkirkara, jgħaddu mill-Imsida.
Il-ħruġ minn Triq Reġjonali, ħdejn l-Iskate Park, se jkun magħluq għat-traffiku.
It-telgħa li minn twassal għall-Marsa u l-Ħamrun minn Triq Aldo Moro, il-Marsa, se tkun tkun magħluqa.
It-traffiku li jkun ħiereġ minn Triq in-Negozju u Triq il-Kaċċatur, Ħal Qormi, lejn il-bypass tal-Marsa u l-Ħamrun se jgħaddi minn rotot oħra. 
Transport Malta qalet li l-mini ta' Santa Venera se jingħalqu għada bejn id-9.30pm u l-11pm u l-Ħadd bejn is-7.30pm u t-8.30pm.

Aktar qabel 
Triq Aldo Moro, l-Marsa u l-bypass tal-Imrieħel se jingħalqu minħabba l-festa ta’ Santa Venera.
Il-Pulizija ħabbret fuq Facebook li bosta toroq ewlenin oħra se jkunu magħluqa għada u l-Ħadd.

Ma jaqblux il-ħinijiet bejn il-Gazzetta tal-Gvern u l-avviż fuq Facebook
Hija prattika li meta jkunu se jingħalqu t-toroq, dawn jitniżżlu fil-Gazzetta tal-Gvern.
Fl-avviżi tal-Pulizija, Triq Aldo fil-Marsa mhix miktuba filwaqt li l-ħinijiet meta l-mini ta’ Santa Venera se jingħalqu huma s-Sibt bejn id-9.30pm u l-11pm u l-Ħadd mis-7.30pm sat-8.30pm u mhux ġurnata sħiħa kif avżat mis-CMRU fuq Facebook.
Newsbook.com.mt tkellem mas-Sindku tal-Marsa, Francis Debono dwar jekk is-soltu tingħalaqx Triq Aldo Moro wkoll għall-festa f’Santa Venera.
Qal li f’każ ta’ triq arterjali, il-kunsill lokali ma jiġix infurmat.
Filwaqt li kkonferma li għall-festa ta’ Santa Venera jingħalqu toroq assoċjati bħal Triq Reġjonali u l-bypass, qal li jekk se tingħalaq Triq Aldo Moro minħabba l-festa, din se tkun l-ewwel darba.