Il-festa ta’ Santa Marija f’7 parroċċi f’Malta u f’waħda f’Għawdex

Illum tmien parroċċi madwar Malta u Għawdex dedikati lil Santa Marija qed jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija, sebgħa f’Malta u oħra f’Għawdex. F’din il-festa jintlaħaq il-qofol tal-istaġun tal-festi Maltin.

Il-festa ta’ Santa Marija f’Malta tiġi ċċelebrata fil-Mosta, fl-Imqabba, f’Ħal Għaxaq, fil-Qrendi, f’Ħ’Attard, fil-Gudja u f’Birkirkara filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fir-Rabat.

Santa Marija, il-Qrendi, 2019

Il-festa tal-Assunta tiġi ċċelebrata wkoll fi tliet parroċċi oħra f’Malta, iżda l-Ħadd li ġej f’Ħad-Dingli u fl-Imġarr, filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fiż-Żebbuġ.