Il-festa ta’ San Publiju ċċelebrata fil-knisja llum minħabba l-coronavirus

Il-Furjaniżi qegħdin jiċċelebraw il-festa ta’ San Publiju llum, minflok fis-26 t’April meta suppost iċċelebrawha, peress li kellha tiġi posposta minħabba l-coronavirus.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-5.30pm.

Wara, Mons. Scicluna għandu jinawgura x-xogħol dekorattiv u pittura ġdida, xogħol il-pittur Għawdxi John Grima fis-saqaf tal-Kappella tal-Madonna tar-Rużarju.

Din il-ġimgħa, il-Gvern ta donazzjoni għar-rikostruzzjoni tal-Ark ta’ San Publiju li nħaraq is-sena li għaddiet.