Il-festa ta’ Kristu Re

l-edizzjoni tal-lum tal-programm Il-Kelma, Antonella Galea Loffeda se titkellem ma’ Fr Louis Mallia mssp u mal-mistieden George Cassar, sabiex flimkien jiddiskutu lill-Kristu Re.

Din hija l-festa internazzjonali li l-Knisja Kattolika ser tiċċelebra nhar l-Ħadd. Hawnhekk ser nisimgħu Evanġelju ta’ San Mattew fejn qed jitkellem dwar dak li qalilhom Ġesù li ser iseħħ meta jerga’ jiġi fl-aħħar tad-dinja.

Kif għandna nkunu ppreparati biex ikollna sehem mill-ħajja ta’ Dejjem? Robert Aloisio kiteb storja dwar Chiara Badano, u barra li qabel inkunu smajna lill Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju, nerġgħu nisimgħuha taqra l-aħħar talba, kitba ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Il-Kelma għandu produzzjoni ta’ CPI media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-Kelma jixxandar illum is-Sibt 21 ta’ Novembru fil-5.30pm, b’repetizzjoni għada l-Ħadd fil-11.30am fuq ONE.