Il-ferroviji fil-Ġermanja weqfin!

Xufiera tal-ferroviji fil-Ġermanja jinsabu fuq strajk għal tmiem il-ġimgħa, minħabba diżgwid dwar il-paga u s-sigħat tax-xogħol.
Dan l-istrajk qed iseħħ f’wieħed mill-aktar żminijiet impenjattivi fil-Ġermanja, fil-bidu tal-vaganzi tal-iskola. Dan se jkun ifisser li madwar żewġ terzi tas-servizzi fil-pajjiż se jkollhom jieqfu. Ix-xufiera tal-ferroviji jridu żieda ta’ 5% fil-pagi tagħhom u li jaħdmu 37 siegħa f’ġimgħa minflok 39.
L-operatur tal-ferroviji li hu responsabbli minnu l-istat, irrifjuta li jkollu negozjati max-xufiera.  Ġimagħtejn ilu, il-kumpanija offriet lill-unjin tax-xufiera, 2% żieda fil-pagi, madanakollu din ġiet irrifjutata.