​Il-Ferħ u l-Hena jibqgħu fiċ-ċentru għall-Papa Frangisku

Il-Papa Franġisku se jippubblika Eżortazzjoni Appostolika ġdida nhar it-Tnejn li ġej bl-isem ta’ Gaudete et Exsultate, jiġifieri “Ifirħu u Thennew”
LIl-frażi tal-isem tal-Eżortazzjoni hija meħuda mill-Beatitudnijiet tal-Evanġelju skont San Mattew u t-tema ta’ dan id-dokument tal-Papa se tkun dwar is-sejħa għall-qdusija fid-dinja tal-lum.
Eżortazzjoni Appostolika hija kkonsidrata bħala t-tieni l-aktar forma għolja ta’ tagħlim mill-Papa. L-ogħla forma hija Ittra Enċiklika.
Il-Papa Franġisku diġà ppubblika żewġ Eżortazzjonijiet Appostoloċi, Evangelii Gaudium fl-2013 u Amoris Laetitia fl-2016.