Il-fergħat tal-BOV magħluqa fl-aħħar jumejn tas-sena

L-internet banking u l-mobile banking affettwati wkoll

Read in English.

Hekk kif il-Bank of Valletta se jkun qed jaġġorna s-sistemi tal-IT, il-fergħat se jkunu magħluqa t-Tnejn 30 u t-Tlieta 31 ta’ Diċembru, kif ukoll l-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2020 (Festa Pubblika).

Fi stqarrija, il-Bank avża wkoll li se jkun qed joffri servizzi limitati mill-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru, u jerġa’ jiftaħ għan-negozju u joffri s-servizzi bankarji mill-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020 fit-8.30am.

X’servizzi se jkun qed joffri l-bank f’dawn il-jiem?

  • Il-klijenti jkunu jistgħu jkomplu jużaw il-BOV Cards u l-BOV Pay b’mod normali fil-ħwienet, ristoranti u l-positijiet l-oħra kollha, lokalment, barra minn Malta u onlajn.
  • Ġbid ta’ flus u ċċekkjar tal-bilanċ jibqgħu disponibbli mill-ATMs kollha tal-BOV.
  • Il-klijenti jistgħu wkoll jiġbdu l-flus minn ATMs oħra lokalment u barra minn Malta (tariffi normali japplikaw). 
  • Il-Customer Service Centre se jkun qed jopera sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jirrapportaw BOV Cards mitlufin jew misruqa u każijiet ta’ frodi. 

X’ma tistax tuża?

  • Pagamenti
  • BOV internet Banking
  • BOV Mobile Banking

Il-Bank iħeġġeġ lill-klijenti biex iwettqu t-tranżazzjonijiet bankarji li jeħtieġu għal dan il-perjodu, sal-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru 2019 inkluż trasferimenti lejn il-kontijiet tal-Cards tagħhom sabiex ikollhom aċċess għal biżżejjed fondi ta’ flus tul dan il-perjodu. 

Fisser li l-aġġornament tas-sistemi tal-IT huwa proċess li jirrikjedi s-sospensjoni temporanja tal-operazzjonijiet normali tal-Bank.

Iktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-qtugħ tas-servizzi jinstabu fuq www.bov.com/content/upgrade. Il-klijenti huma mħeġġa jżuru din il-paġna għal aġġornamenti importanti.  Il-klijenti jistgħu wkoll iċemplu fuq +356 21 247 822 jew jibagħtu imejl fuq systemupgrade@bov.com.