Il-fergħa tal-BOV fiż-Żurrieq terġa’ tiftaħ wara każ ta’ Covid-19

BOV

Il-fergħa tal-Bank of Valletta fiż-Żurrieq reġgħet fetħet illum wara li impjegat qabdu l-coronavirus.

Fi stqarrija, il-BOV qal li qabbad speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-fergħa. L-awtoritajiet tas-saħħa taw il-konferma tagħhom li l-fergħa hija sigura sabiex tinfetaħ mill-ġdid.

Il-BOV kellu jagħlaq diversi fergħat fl-aħħar ġimgħat minħabba każijiet tal-coronavirus, kemm fost l-impjegati kif ukoll fost klijenti li ffrekwentaw il-fergħat.

Il-klijenti huma mħeġġin biex qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta fuq is-sit tal-bank.