​Il-fergħa tal-BOV f’Għawdex bl-aqwa servizz

Il-Bank of Valletta ta’ Għawdex ġie magħżul bħala l-Fergħa tas-Sena.
L-impjegati tal-fergħa tal-BOV f’Għawdex saru jafu li rebħu dan l-unur permezz ta’ żjara sorpriża mill-Kap tal-Personal Banking Peter Perotti
Filwaqt li feraħ lill-impjegati tal-kisba tagħhom, Peter Perotti qal li dan il-premju huwa r-riżultat tal-ħidma bieżla tal-impjegati, kemm fuq livell individwali, kif ukoll fil-kollettiv. Qal li dan wassal biex il-klienti tal-Bank ingħataw servizz eċċellenti.
Il-Fergħa tas-Sena tal-BOV tiġi magħzula minn għadd ta’ impjegati.