Il-Federazzjoni tal-Għaqdiet tas-Sajjieda Dilettanti favur il-kaċċa fir-referendum

F’laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal-Għaqdiet tas-Sajjieda Dilettanti ta’ Malta ġie deċiż li l-Federazzjoni tħeġġeġ lill-membri tal-għaqdiet affiljati biex jivvutaw favur il-kaċċa fir-referendum f’April li ġej.
Il-Federazzjoni qed issostni li bħalma qed isir referendum dwar il-kaċċa, ‘il quddiem jistgħu jinġabru l-firem biex isir referendum fuq passatempi oħra bħas-sajd.