Il-Farsons Beer Festival għal darb’oħra f’Ta’ Qali

Reġa’ wasal l-avveniment li ħafna Maltin ikunu qed jistennew minn sajf għal ieħor fejn fost id-divertiment f’Ta’ Qali, xarba friska ma tonqosx.
Il-Farsons Beer Festival din is-sena se jkun mifrux fuq 10 ijiem, mill-Ġimgħa 28 ta’ Lulju sal-Ħadd 6 ta’ Awwissu.
Għal darb’oħra, il-festival se jinkludi ’l fuq minn 70 artist u wirjiet lokali, mhux inqas minn 50 birra lokali u internazzjonali, u żona rinnovata b’għażla mifruxa ta’ ikel.
L-għażla wiesgħa ta’ birer lokali u internazzjonali, ħafna minnhom rebbieħa ta’ premjijiet differenti, hi l-qofol tal-festival.
Din tinkludi l-marki lokali Cisk u l-Farsons Classic Brews, il-marki internazzjonali Carlsberg, Budweiser, Corona u Guinness.
Iż-żona tal-ikel din is-sena ġiet irranġata u issa tinkludi għażla ta’ restoranti popolari.
Barra minn hekk, din is-sena saru arranġamenti speċjali mal-Malta Public Transport għal rotot diretti u tard billejl biex nassiguraw li jkun hemm aktar aċċessibbiltà għall-festival.
Il-bibien jiftħu fit-8pm kuljum.
Id-dħul hu b’xejn u m’hemmx bżonn biljetti.
Għal aktar tagħrif, aħbarijiet u aġġornamenti tista' żżur din il-ħolqa.