“Il-faqar naqas għax iktar nisa qed jaħdmu”

“Iż-żieda tan-nisa fid-dinja tax-xogħol naqset l-problema tal-faqar f’Malta”.
Hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-Forum tan-Nisa tal-Commonwealth, f’Londra.
Dr Muscat stqarr li dan seta’ jseħħ permezz ta’ ħidma li tgħin lill-mara tmur għax-xogħol kuljum. Semma l-faċilitajiet b’xejn għall-ħarsien tat-tfal, servizzi ta’ ħarsien qabel kif ukoll wara l-ħinijiet tal-iskola u miżuri oħra li jinkludu l-ogħla standard internazzjonali ta’ liġi dwar il-vjolenza domestika.
Il-Prim Ministru saħaq li bħalissa Malta qed taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-istess xogħol. Żied jgħid li huwa d-dmir tal-Gvern li jipproteġi din il-liġi l-ġdida minflok jistenna lin nisa jirrappurtaw meta l-liġi ma titħarisx.