Il-faqar huwa realtà li rridu niġġilduha – Muscat

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-faqar huwa realtà li trid tiġi miġġielda.

Muscat qal dan waqt intervista qasira fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista.

Muscat qal li skont stħarriġ tal-Eurobarometer, 75% tal-Maltin iqisu lilhom infushom bħala parti mill-klassi medja (middle class). Żied jgħid li l-mobbiltà soċjali tfisser li wieħed jimxi ‘l quddiem u li wieħed jaspira li wliedu jmorru aħjar.

Reċentament, Caritas qalet li l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li d-distakk bejn dawk li għandhom dħul għoli u dħul baxx qed tiżdied.

“Id-distakk bejn dawk li jaqilgħuha tajjeb u dawk le qed jikber” – Caritas

Fi kliem Muscat ir-rata tan-nies fil-periklu tal-faqar f’Malta naqset. Interpreta dan bħala prova li l-miżuri li qed jieħu l-gvern tiegħu qed jaħdmu. Qal li kuljum 7 persuni qed joħorġu mill-faqar.

Dwar l-interpretazzjoni tal-istatistiċi, Muscat qal li fl-aħħar snin kien hemm żieda fil-popolazzjoni ta’ Malta u allura wieħed irid iqis ir-rata tal-faqar u mhux kemm hemm nies fil-faqar. Qal ukoll li l-aħħar statistika li ħarġet ma tinkludix l-effett tal-aħħar żewġ budgets.

Baġit 2020: Meta se jitħabbar?

Statistika turi li 30% tal-familji Maltin ma kinux jaffordjaw isiefru għal ġimgħa darba f’sena fl-2018.

30% tal-familji ma jaffordjawx btala ta’ ġimgħa darba f’sena