“Il-faqar f’Malta naqas b’50%” – Michael Farrugia

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Farrugia qal li skont rapport tal-Eurostat f’Malta l-faqar naqas b’50% bejn l-2015 u l-2016.
Il-Ministru Farrugia qal li għall-kuntrarju ta’ Gvern preċedenti li kien jgħid li l-faqar hu perċessjoni, Gvern Laburista rnexxielu jintroduċi miżuri li ġabu bidla.
Skont il-Ministru Farrugia dan ir-rapport kien ibbażat fuq disa’ mistoqsijiet.
Il-Ministru Farrugia  sostna li l-istatistiċi ta’ dan ir-rapport ma jinkludux il-miżuri li l-Gvern introduċa riċentament, imma li xorta qed jagħmlu differenza biex tkompli tonqos ir-rata tal-faqar f’Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li xi miżuri ġew introdotti bl-għan li jgħinu wħud mill-aktar partijiet vulnerabbli fis-soċjetà, u li għalhekk mhux se jkunu affetwati numru kbir ta’ nies minnhom.
Ritratt: Leon Xuereb