Assassinju DCG: Il-qraba ma jridux lill-Maġistrat Scerri Herrera

Peter Caruana Galizia, ir-raġel ta' Daphne Caruana Galizia u wliedha Matthew, Andrew u Paul talbu li l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma tmexxix l-inkjesta maġisterjali fil-każ tal-assasinju ta' ommhom. 
Huma qalu li aktar kmieni llum wara nofsinhar ommhom ġiet maqtula brutalment. 
Peress li l-Maġistrat Scerri Herrera kienet il-maġistrat tal-għassa hija bdiet tagħmel l-inkjesta dwar il-każ. 
Il-qraba ta' Caruana Galizia fakkru li l-Maġistrat kemm-il darba ġiet ikkritikata minn ommhom u għalhekk mhux xieraq li hi tmexxi l-inkjesta.
Qalu f'rikors ippreżentat fil-Qorti li m'għandhom l-ebda fiduċja li l-maġistrat tista' tmexxi l-inkjesta bis-serjetà u l-imparzjalità meħtieġa.