Il-familja tal-vittma tal-Mistra tiġbor il-flus biex tiġi mill-Awstralja għall-funeral

Read in English.

Il-familja ta’ Mark Camilleri, ir-raġel li tilef ħajtu ħabta u sabta f’inċident bil-mutur fil-Mistra, qiegħda tiġbor il-flus biex uliedu u n-neputijiet tiegħu jkunu jistgħu jattendu l-funeral, peress li dawn joqogħdu l-Awstralja.

Ilbieraħ, Camilleri, li kellu 46 sena u kien jgħix il-Mellieħa, tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.40pm.

Nathan, iben Mark, kiteb fuq Facebook li ħadd mhu se jħaqqaqha mar-raġel li kien missieru. Iddeskrivieh bħala persuna dejjem imbissma u lesta li tferraħ lill-oħrajn. Bintu Nicole kitbet li se tħobbu għal dejjem.

Nicole u Nathan għamlu paġna fuq is-sit elettroniku Go Fund Me biex il-pubbliku jkun jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu. Kitbu li jimmissjaw lil missierhom u jixtiequ li jkunu flimkien għall-aħħar darba qabel ma jagħtuh tislima għal dejjem.

L-għan tagħhom hu li jiġbru $10,000. S’issa ġabru $4,368.

Il-flus se jintużaw għall-ivvjaġġar u għal spejjeż ġenerali.

Jekk tixtieq tgħin lil din il-familja, agħfas hawn.