​Il-familja ta’ Johanna misruqa waqt li kienu f’Malta għall-funeral

Il-familja Boni kienet misruqa waqt li kienu f’Malta għall-funeral ta’ binthom Johanna li mietet traġikament f’inċident tat-traffiku nhar it-Tlieta li għadda.
Skont ġurnal Sqalli, id-dar tagħhom kienet il-mira ta’ xi ħallelin li daħlu fir-residenza tagħhom fi Scoglitti, fi Sqallija. Apparti l-ħerba fid-dar tagħhom, il-ħallelin serqu xi oġġetti mill-kamra ta’ Johanna.
L-istess ġurnal jirrapporta li l-ħallelin ppruvaw jisirqu mid-dar ġurnata qabel imma nqabdu fil-fatt mill-familja Boni.
Johanna Boni ngħatat l-aħħar tislima dalgħodu, fil-knisja tal-Mosta.