Il-ħolma ta’ Jerome titwettaq wara mewtu; familtu tiltaqa’ mal-Papa

Il-familja ta’ Jerome Frendo, żagħżugħ li kellu l-marda tal-kanċer u li ħadem qatigħ sabiex iqajjem kuxjenza u jiġbor fondi għal dawk li jbatu mill-marda, iltaqgħet mal-Papa Franġisku f’Ruma. B’hekk, familt Jerome rnexxielha twettaq il-ħolma taż-żagħżugħ li miet fl-2017, fl-età ta’ 20 sena.

Imut Jerome: “L-imħabba ta’ bejnietna mhu se jifridhielna ħadd” – Martina

Fuq Facebook, missier iż-żagħżugħ kiteb li l-familja ltaqgħet mal-Papa u ppreżentawlu kopja tal-ktieb ta’ Jerome, li fih hemm rakkont tat-taqtigħa tiegħu mal-marda qerrieda. Il-ġenituri ta’ Jerome, Kenneth u Josette, kienu akkumpanjati minn binhom Jethro u miz-zija ta’ Jerome u Jethro, Sister Rachel.

Missier Jerome jibgħatlu ittra

Meeting His Holiness Pope Francis and presenting him with a copy of Jerome's book. He' simply a Great Man……

Posted by Kenneth Frendo on Wednesday, May 29, 2019

Il-ħidma ta’ Jerome qed titkompla minn familtu permezz tal-fondazzjoni li waqqfu f’ismu, Smiling with Jerome. Biha qegħdin jgħinu lil familji għaddejjin mill-istess esperjenza li għaddew minnha huma.

Omm Jerome b’appell għal sodod għall-ġenituri tat-tfal morda