“Il-familja sabiħa fuq il-billboards u Kathleen Grima kienu biss bluff”

Dwar l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa, iċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika, il-Professur Arnold Cassola, qal li “l-ixbieha ta’ Kathleen Grima u tal-familja sabiħa fuq il-billboards, kienu biss biċċa bluff enormi.”
Fi stqarrija, Prof. Cassola qal li fl-aħħar, wara illegalità  wara oħra, il-Prim Ministru għadu kif għalaq l-istaġun.
Żied jgħid li l-kaċċa fir-rebbiegħa minkejja l-ippużar u l-wegħdi ta’ Joseph Muscat u Simon Busuttil lill-kaċċaturi, kienet u għadha ma tagħmilx sens.