Il-familja rjali tadotta kelb

Il-Prinċep Harry u Meghan semmew il-kelb il-ġdid tagħhom tar-razza labrador, ‘Oz’. Skont il-bijografu tal-familja rjali, Sally Bedell Smith, il-koppja għażlu dan l-isem mhux wisq kommuni għall-kelb li ingħaqad mal-familja.

Huwa mhux ċar x’inhu s-sinifikat tal-isem tal-kelb, għalkemm il-familja se tkun qed iżżur l-Awstralja f’Ottubru li ġej. Iż-żjara tagħhom se tkun qed taħbat maċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob Invictus f’Sydney.

Meghan, għandha diġa kelb ieħor li kienet salvatu hi u jismu Guy. F’Novembru li għadda l-kelb kellu jagħmel vjaġġ minn Toronto sa Londra wara li Meghan ħadet l-għerusija mal-Prinċep Harry.