Il-familja Rjali b’ringrazzjament għall-mistiedna

Il-familja Rjali rrinrazzjat lil dawk kollha li vjaġġaw għal Windsor sabiex jattendu t-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Ilbieraħ eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-madwar sabiex ikunu jistgħu jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant mistennija mill-pajjiż, u anke minn madwar id-dinja kollha.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ spiċċaw bl-ikla ta’ filgħaxija, segwita minn spettaklu ta’ murtali fi Frogmore House, viċin il-palazz.
Propju 200 mill-aktar persuni qrib il-koppja attendew l-avveniment tal-aħħar organizzat mill-Prinċep Charles.
Il-koppja mhux mistennija titlaq għall-qamar-il għasel minnufih, iżda ddeċidiet li tibqa’ ftit oħra fir-Renju Unit qabel ma tivjaġġa għal perjodu ta’ żmien.