Il-familja Obama f’farmhouse Franċiża fejn iħallsu €54,470 fil-ġimgħa

Ritratt: Pete Souza

Il-familja tal-eks President Amerikan Barack Obama bħalissa qed iqattgħu vaganza f’farmhouse fi Franza fejn qed iħallsu €54,470 fil-ġimgħa. Huma waslu nhar il-Ġimgħa f’Le Mas des Poiriers li jingħad li nbniet fis-seklu 18 fuq medda art ta’ 250,905 metri kwadri fil-provinċja ta’ Provence.

Michelle, Barack u ż-żewġ uliedhom bniet Malia u Sasha għażlu l-post għaliex minbarra l-lussu joffri wkoll privatezza u protezzjoni. Fuq barra tal-post hemm ġonna mill-isbaħ li jieħu ħsiebha espert/artist tal-ġonna. Fuq il-post jikbru siġar tal-lanġas fejn ta’ kull sena jinqatgħu sitt tunellati ta’ frott.

Fid-dar proprja, li fiha medda ta’ 1,208 metri kwadri, hemm seba’ kmamar tas-sodod waqt li hemm żewġ kmamar tas-sodda oħra f’binja fil-qrib, għal aktar privatezza.

L-aqwa ħaġa għal Obamas hija li ma jridux isajru għax fuq il-post hemm żewġ chefs gwappi barra minn żewġ wejters u mara li tieħu ħsieb id-dar. Le Mas des Poiriers tgawdi wkoll minn swimming pool u tennis court.