“Il-familja hija għażiża għalina” – Sean u Ira

Ritratt: Instagram/JacquiLosco

It-tieġ ta’ nhar is-Sibt li għadda ta’ Ira Losco u Sean Gravina kien ta’ sorpriża għal ħafna. Il-kantanta flimkien mas-sieħeb tagħha għażla li jżommu sigriet dan l-avveniment importanti ta’ ħajjtihom. Għażlu li jqattgħu dan il-mument flimkien mal-eqreb membri tal-familji rispettivi tagħhom.

Sean u Ira għamlu l-istess messaġġ fuq il-profili rispettivi tagħhom fejn iddeskrivaw dan il-mument bħala wieħed ta’ ferħ għalihom. Kitbu li l-familja hija għażiża għalihom u jinsabu kuntenti li setgħu iqattgħu dan il-jum speċjali magħhom. Il-koppjaqattgħu dan il-jum flimkien magħhom u ma’ xi ħbieb.

Ritratt: Facebook/IraLosco
Ritratt:Facebook/SeanGravina

“Ma stajnix nistaqsu għal ġurnata aħjar b’emozzjonijiet mill-isbaħ” temmew jgħidu huma.

Intant Howard Keith Debono, il-maniġer ta’ Ira, kiteb ukoll fuq il-midja soċjali fejn irringrazzja lill-midja talli rrispettaw ix-xewqa tal-koppja li għażlu li dan il-jum iqattgħuh flimkien mal-familja u ftit ħbieb.

“Dan it-tieġ intimu x’aktarx li kien wieħed mill-isbaħ tiġijiet li jien qatt attendejt,” kompla jikteb hu waqt li kixef, mingħajr ma elabora aktar dettalji, li Harry, iben il-koppja, ġibed l-attenzjoni fuqu.

Ritratt tal-okkażjoni: Howard ma’ martu Michelle fit-tieġ ta’ Ira u Sean. Ritratt: Facebook/MichelleDebono
Ritratt: Facebool/HowardKeith Debono

Awguri lil Ira u Sean.