“Il-familja hi kollox għalija”

Maronia, Liam u Lawrence Gray. Ritratt: Facebook/GrayLawrence

Għaddew 9 snin miż-żwieġ ta’ Lawrence Gray u Maronia u llum il-ġurnata għandhom tifel ta’ 7 snin, Liam. Ilbieraħ ħabat għeluq snin Lawrence kif ukoll l-anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ Maronia.

“Il-familja hija kollox għalija u għalik u it-tifel tagħna qiegħed jikber malajr filwaqt li aħna qed nimmatura f’dinja ta’ I mħabba bla kundizzjoni” kiteb il-kantant ta’ 45 sena.

Fil-messaġġ tiegħu Gray irringrazzja lil Maronia talli hija qiegħda dejjem hemm għalih u anki talli hija omm it-tifel tagħhom. Irringrazzjaha wkoll talli hija l-persuna li hi.

Lawrence u Maronia kienu żżewwġu proprju f’għeluq is-36 sena tal-kantant u hija ddikjara li hija l-aqwa rigal li kellu f’għeluq sninu.

Ritratt: Facebook/GrayLawrence

“Inħobbok bl-istess mod li ħabbejtek l-ewwel darba li ltqajna u nibqa’ nagħmel dan sa ma jasal iż-żmien li l-ħajja tifridna” ikkonkluda Lawrence fil-messaġġ ta’ awgurju lil martu f’okkażjoni tad-9 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.