Il-familja Caruana Galizia ltaqgħet mal-Europol diversi drabi – l-AĠ

L-Avukat Ġeneral Peter Grech żvela li l-familja Caruana Galizia kellha diversi kuntatti mal-investigaturi tal-Europol kemm f’Malta kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tal-Europol f’The Hague fin-Netherlands.

Huwa stqarr li l-istess investigaturi kellhom involviment attiv tul l-investigazzjonijiet kollha kif ukoll ġew mgħarrfa immedjatament bl-aħħar żviluppi. Spjega wkoll li l-istess investigaturi xehdu ukoll fid-diversi kumplikazzjonijiet fil-qrati.

Dan it-tagħrif ħareġ minn korrispondenza li l-istess Avukat Ġenerali bagħat lil Tom Gibson mill-kumitat għall-protezzjoni tal-ġurnalisti dwar is-sehem tal-Europol fl-investigazzjoni bħala Joint Investigation team.

Din il-korrispondenza ġiet ippoubblikata mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fuq fil-Parlament bħala parti mit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Jason Azzopardi dwar għalfejn l-Avukat Ġenerali ma talabx lil Europol jiffurmaw Joint Investigation team.