Il-familja Addams ġejja Malta

Read in English.

Il-biljetti għall-ispettaklu mużikali tant mistenni għas-sena 2020 jistgħu jinxtraw mill-lum. “The Addams Family: A New Musical Comedy” ser isir nhar is-7 u 8 ta’ Marzu ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Sewwa qrajtu! Il-familja favorita ta’ bosta ser issib ruħha ġewwa Malta għall-dan il-musical mimli daħq u mużika mill-aqwa. Miktub mill-istess nies li tawna il-musical “Jersey Boys” li kiseb tant unuri ġewwa Londra u Broadway, b’mużika u lirika ta’ Andrew Lippa (li kien anke nominat għal Tony Award), il-Familja Addams, Familja Leġġendarja li ħafna minnha trabbew magħhom, ser tingħata l-ħajja ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi f’Marzu li ġej.

L-istorja tlaqqagħna ma’ Wednesday Addams (Nadia Vella), mlaqqma minn ħafna bħala il-Prinċipessa tad-Dlamijiet, li issa kibret u qed iġġorr sigriet li jafu biss Gomez (Roger Tirazona). Wednesday sabet l-imħabba f’ġuvni gustuż li ġej minn familja rispettabbli. Bl-għażiża tiegħu Morticia (Nikki Vella) mingħajr ebda ħjiel ta’ dan is-sigriet, tgħid Gomez jirnexxielu jżomm dan is-sigriet mistur sakemm iż-żewġ familji jiltaqgħu għal ikla movimentata b’konsegwenzi tad-daħq! F’Marzu li ġej, ingħaqdu magħhom, flimkien maz-Ziju Fester, Lurch, ma’ Pugsley, man-Nanna u mal-antenanti mejtin tagħhom, għal storja ħelwa ta’ mħabba, ta’ sens ta’ familja u ta’ ħbiberija…b’dik id-daqsxejn ta’ twist.

B’orkestra live u b’mużika oriġinali, huwa garantit li dan l-ispettaklu ser jinżel tajjeb kemm jekk għandek 12-il sena, u kemm jekk għandek 312!

Din il-produzzjoni qed tittella’ minn ARTHAUS, bid-Direzzjoni Artistika ta’ Lucienne Camilleri, filwaqt li d-Direzzjoni Mużikali hija f’idejn Ryan Paul Abela. Stefania Grech Vella hija l-Produttriċi Eżekuttiva.

Il-biljetti jinkisbu mis-sitwww.addams.mt  – fejn bħalissa hemm ukoll offerta early-bird, bil-biljetti jinbiegħu b’10% skont.

“The Addams Family” qed tiġi ppreżentata b’arranġament speċjali ma’, u bil-materjal tal-provi pprovdut minn Theatrical Rights Worldwide (TRW), 122-124 Regent Street, 3rd Floor, London, W113 SSA – www.theatricalrights.co.uk