Il-Fakultà tal-Edukazzjoni kburija bil-programm fuq RTK

Il-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta tinsab kburija bil-programm tagħha fuq l-istazzjon RTK. Tant hu hekk li turi ritratti fuq monitor li għandha fis-sular tagħha fl-Università. Ir-ritratti juru diversi professuri li ħadu sehem fil-programm ta’ diskussjoni, ippreżentat minn George Cremona. 
Jidher li l-Fakultà laqgħet tajjeb il-bidla fil-ħin tal-programm għall-iskeda l-ġdida fuq dan l-istazzjon. Hemm ħeġġa kbira fost il-professuri tal-Fakultà biex jieħdu sehem fil-programm tal-iskeda l-ġdida.
Il-programm li kien jixxandar is-Sibt filgħodu issa beda jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fis-6:15pm.