Il-faċilitajiet tal-ħażna tal-fuel f’Birżebbuġa se jiġu rilokati

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi assigura lill-poplu Malti li l-faċilitajiet tal-ħażna tal-fuel f’Birżebbuġa se jiġu rilokati.
Waqt il-laqgħa tal-Gvern li Jisma’ f’Birżebbuġa, il-Ministru Mizzi żied jgħid li l-Gvern huwa impenjat li jirrikorri għal pipeline tal-gass, ladarba jirriżulta li jkun vijabbli.
Sostna li l-power station il-ġdida se tkun tfisser benefiċċji kbar għas-saħħa ta’ dawk li jgħixu fin-Nofsinhar ta’ Malta, għax l-emissjonijiet se jitnaqqsu b’aktar min-nofs.  
Dwar it-tariffi mraħħsa tal-elettriku, il-Ministru Mizzi kkonferma li dawn se jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu li ġej. Żied jgħid li dawn se jonqsu bi kwart filwaqt li dawk tal-ilma se jonqsu b’5%.