Il-fabbriki jipproduċu iktar minħabba żieda fil-produzzjoni tal-enerġija

F’Settembru li għadda, mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra, il-fabbriki f’Malta żiedu l-produzzjoni tagħhom bi 3.5%.
Imqabbel ma’ Awwissu, il-produzzjoni naqset b’0.8%.
Skont l-NSO, minn xahar għal xahar naqset il-produzzjoni ta’ oġġetti intermedjarji, kapitali u tal-konsumatur imma żdiedet il-produzzjoni tal-enerġija.
Fuq bażi ta’ sena, minbarra ż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija kien hemm ukoll żieda għall-prodotti kapitali.