Il-Eurovision Song Contest mhux se jsir

Read in English.

Wara ħafna tħassib waslet l-aħbar uffiċjali li l-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest mhux se tkun qed issir. Dan ħareġ permezz ta’ stqarrija mill-EBU li fi stqarrija qalet li kienu qed jesploraw bosta possibilitajiet biex il-Eurovision isir xorta waħda.

Madanakollu hekk kif issa qed ikun hemm bosta ristrezzjonijiet mill-Gvernijiet madwar l-Ewropa, il-European Broadcasting Union kellha tasal għad-deċiżjoni diffiċli biex twaqqaf kull ħsieb li l-avveniment ta’ din is-sena.

Huma qalu li jinsabu kburin li għal 64 sena konsekuttiva rnexxielhom jgħaqqdu l-udjenzi biex igawdu minn dan l-ispettaklu.

Żiedu jgħidu li bħal EBU jinsabu f’taħdidiet mal-istazzjonijiet Olandiżi NPO, NOS u AVROTROS biex l-avveniment jittella’ f’Mejju 2021.

Għall-edizzjoni li jmiss kellhom jipparteċipaw 41 pajjiż b’Malta li kellha tkun rappreżentata minn Destiny bil-kanzunetta All of My Love.

Hija kienet rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta wara li rebħet it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena kellha ssir fit-12, fl-14 u fis-16 ta’ Mejju.