Il-Eurovision f’riskju minħabba l-coronavirus

Ritratt: NPO

Għadd ta’ avvenimenti madwar id-dinja qed jiġu posposti minħabba l-firxa tal-marda tal-Coronavirus. 

Numru ta’ avvenimenti sportivi qed isiru b’bibien magħluqa waqt li oħrajn mużikali qed jiġu kkanċellati. 

Fost l-avvenimenti li huma f’riskju hemm il-Eurovision Song Contest, li din is-sena mistenni isir fil-belt ta’ Rotterdam fl-Olanda. 

Skond rapport fuq il-ġurnal Metro, kelliem għall-organizzaturi, il-European Broadcasting Unit, qal li bħalissa qed jiġu analizzati kull possibilita’ anke li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Kelliem għall-EBU qal li huma ser ikunu qed isegwu dik li tgħid l-Għaqda Dinija tas-Saħħa. 

Għalkemm ma’ kienx hemm indikazzjoni dwar ix-xenarji li qed jiġu meqjusa, jidher li waħda mill-possibilitajiet hija li l-kantanti jibqgħu pajjiżhom u l-performance tagħhom tiġi mxandra permezz ta’ video mill-pajjiż tagħhom.