Il-Eurovision 2015 se jsir fi Vjenna

Għadu kemm tħabbar li Vjenna se tospita l-Eurovision Song Contest 2015.
Din id-deċiżjoni fissret li l-festival se jsir għat-tieni darba f’din il-Belt. L-aħħar li sar fiha kien fl-1967.
Id-deċiżjoni ntlaqgħat tajjeb minn dawk li jgħixu fi Vjenna iżda mhux daqstant tajjeb minn dawk li jgħixu f’ Innsbruck. Dawn tal-aħħar infatti ma qablux mal-fatt li l-għażla waqgħat fuq il-Belt bit-tieni l-ogħla spiża u sostnew li belthom kienet il-lokalita bl-anqas spejjeż involuti.
Is-serata finali tal-Festival se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju 2015.