Il-Euro 2020 posposta b’sena

Ġiet posposta l-Euro 2020. Il-kompetizzjoni se tkun qed issir is-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dan ħabbritu l-FA Norveġiża.

Uefa li tieħu ħsieb il-futbol Ewropew għamlet konferenza t’emerġenza onlajn. Din il-laqgħa kienet tinvolvi l-persuni li għandhom x’jaqsmu mal-organizazzjoni tal-Euro 2020. L-FA Norveġiża qalet li ġie ddikjarat li l-kompetizzjoni se tkun qed issir bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.

Aktar tard illum mistenni tkun ikkonfermata wkoll min-naħa tal-Uefa.

Il-kompetizzjoni kellha ssir bejn it-12 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju ta’ din is-sena fi 12-il grawnd madwar l-Ewropa. Dan il-posponiment jagħti l-lok ukoll biex jitkomplew il-leagues Ewropej li spiċċaw sospiżi għall-istess raġuni.