Il-maġġoranza tat-turisti tal-cruiseliners b’aktar minn 40 sena

Żewġ terzi tat-turisti li żaru Malta abbord cruiseliner is-sena li għaddiet għandhom aktar minn 40 sena.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali, li ġabar informazzjoni dwar it-turiżmu mill-cruiseliners.
B’kollox, fl-2016 daħlu 316-il cruiseliner, b’bejn wieħed u ieħor 2,000 passiġġier abbord fuq kull wieħed, żieda ta’ 4% fuq is-sena 2015.
Mnn kważi 630,000 passiġġier tas-sena l-oħra, 75% kienu ġejjin minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
It-turiżmu f’Malta ra żieda sostanzjali ta’ passiġġiera abbord cruiseliner minn Franza u l-Istati Uniti.